Aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-11:00am, mara ta’ 62 sena ttajret minn vettura fi Triq San Tumas, il-Fgura.
Fuq il-post marru l-Pulizija fejn minn investigazzjoni preliminari rriżulta li l-vittma ttajret minn karozza tat-tip Peugeot, misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Qormi.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>