Lokali

James Buttigieg hu l-vittma li ttajjar u miet fl-Imrieħel

Il-vittma tal-inċident li seħħ fl-Imrieħel ġie ddentifikat bħala James Buttigieg, magħruf bħala Jimmy, missier ta’ żewġ subien. Hu kellu 50 sena minn Ħal Balzan.

L-inċident seħħ dalgħodu wara li l-vittma kien qed jiġġogja fi Triq l-Imdina, l-Imrieħel meta safa mtajjar minn vettura.

Diversi kollegi u ħbieb ta’ James selmu l-memorja tiegħu, meqjus bħala persuna tant rispettata minn ħafna u ġentlom kbir.

Hu kien jaħdem mal-APS Bank fid-dipartiment tal-Commercial Banking.

Iktar dettalji dwar l-inċident: