Għaldarboħra, il-mexxej Laburista Robert Abela reġa’ ħarab milli jwieġeb dwar il-kuntratt li bih kien idaħħal fil-but €17,000 fix-xahar bħal xogħol li kien jagħmel mal-Awtorità tal-Ippjanar.
Abela kien jitħallas dawn l-ammonti wara żidiet qawwija li ngħata minn sena għall-oħra.
Filfatt, oriġinarjament fl-2013 il-pagamenti kienu ta’ madwar €7,000 fix-xahar, imma naqra naqra minn sena għall-oħra dawn b’xi mod telgħu għal aktar minn €17,000 fix-xahar.
Il-mexxej Laburista ilu l-ġimgħat jevita li jwieġeb dwar dan il-kuntratt, u llum f’Għawdex, meta sab ma’ wiċċu lill-ġurnalista ta’ Net News ħarab jiġri u daħal fil-karozza li ħaditu blokka waħda bogħod minn fejn kien.
Abela kien imdawwar b’għexieren ta’ uffiċjali tas-sigurtà għal din id-dawra f’Għawdex.
Imma l-Mexxej Laburista ħarab ukoll meta mistoqsji dwar in-negozju li allegatament għamel ma’ Christian Borg, li jinsav akkużat b’lista twila ta’ reati kriminali, inkluż ħtif ta’ persuna, theddid u aktar.
Abela allegatament kien sħab f’negozju ma’ Borg li ta’ 25 sena kien diġa miljunarju. In-negozju jinvolvi xiri ta’ propjetà. Sal-lum, Robert Abela qed jirriffjuta li jwieġeb kemm għadda żmien bejn il-konvenju u t-trasferiment ta’ din il-propjetà, biex illum żgiċċa jiġri fil-karozza li kellu lesta għalih mingħajr ma ta tweġiba għal din il-mistoqsijia sempliċissima.
//= $special ?>