Juventus kisbu rebħa mportanti ta’ 3-2 Empoli biex saħħew posthom fir-raba’ post tal-klassifika. Huma fetħu l-iskor fit-32 minuta meta minn cross ta’ Adrien Rabiot kien Moise Kean li bir-ras tefa’ fix-xibka għal 1-0. Empoli kisbu l-gowl tad-draw mal-40 minuta meta wara żball difensiv ta’ Leonardo Bonucci kien Szymon Zurkowski li approfitta u xeħet fix-xibka għal 1-1. Minkejja dan fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima, minn pass ta’ Juan Cuadrado kien Dusan Vlahovic li kkonkluda fix-xibka. L-istess Vlahovic skorja t-tielet gowl u t-tieni wieħed personali fis-66 minuta meta minn pass ta’ Alvaro Morata, Dusan Vlahovic sab ruħu wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper u xeħet fix-xibka għal 3-1. Empoli komplew inaqqsu d-distakk fis-76 minuta meta minn pass ta’ Sebastiano Luperto kien Andrea La Mantia li għamel l-iskor 3-2.
Fl-ewwel partita tal-ġurnata Salernitana u Bologna temmew fi draw ta’ 1-1. Bologna marru fil-vantaġġ fit-43 minuta meta minn cross ta’ Aaron Hickey kien l-attakkant Awstrijakk Marko Arnautovic għal 1-0. Biex fit-72 minuta Salernitana kisbu l-gowl tad-draw meta minn pass ta’ Lys Mousset kien Nadir Zortea li xeħet fix-xibka għal skor finali ta’ 1-1.
SERIE A
Illum: Salernitana v Bologna 1-1, Empoli v Juventus 2-3, Sassuolo v Fiorentina 2-1 Għada: , Torino v Cagliari 12.35pm, Verona v Venezia 3.05pm, Spezia v Roma 6.05pm, Lazio v Napoli 8.50pm
//= $special ?>