Internazzjonali

Kandidati Laburisti jibqgħu jiddefendu l-bejgħ tal-passaporti liċ-ċittadini Russi

Il-Gvern u l-kandidati tal-Partit Laburista qed jibqgħu jiddefendu l-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija lil persuni Russi. Dan ħareġ b’mod ċar mill-intervent li għamel dalgħodu l-kandidat tal-Labour Andy Ellul, meta pparteċipa f’diskussjoni fuq l-istazzjon tar-radju 103.

Mistoqsi direttament x’se jagħmel il-Gvern dwar il-bejgħ tal-passaporti, l-avukat Andy Ellul infexx f’attakk partiġġjan fuq il-Partit Nazzjonalista. U ma wieġeb xejn mill-punti li qajjem fl-istess programm il-kandidat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut.

Ilbieraħ, il-Kap tal-PN Bernard Grech stqarr b’mod ċar li Gvern ġdid Nazzjonalista jwaqqaf il-bejgħ tal-passaporti lir-Russi.

Fl-istess programm Andy Ellul għażel li jattakka lill-PN għaliex preżenta Programm Elettorali dettaljat mimli proposti. U imkien ma qal li l-Labour għadu lanqas biss preżenta l-Manifest tiegħu.