Laqgħa mill-isbaħ għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech hekk kif dalgħodu jinsab fil-gżira Għawdxija jdur diversi ħwienet u stabilimenti kummerċjali fil-lokalita tar-Rabat.
Bernard Grech flimkien ma’ AnneMarie, kellu l-okkażjoni jiltaqa’ ma’ diversi żgħażagħ fejn fost oħrajn faħħru l-proposti li qed iressaq il-Partit Nazzjonalista, kif ukoll il-kampanja pożittiva li qed imexxi Bernard Grech.

Diversi ħaddiema u sidien ta’ negozji li tkellmu ma’ Bernard Grech faħħru l-proposti li kienu ppreżentati fil-programm elettorali li ġie ppreżentat il-Ħamis li għadda bit-tema ‘Viżjoni għal Malta 2030’. Viżjoni li fiċ-ċentru tagħha hemm proposti konkreti li se jgħinu lin-negozji u lill-ħaddiema jkompli jimirħu u jikbru.

Il-Kap tal-PN għamel żjara wkoll f’bosta każini li għaqdiet li hemm fir-Rabat, Għawdex.
Preżenti ma’ Bernard Grech għal din iż-żjara hemm diversi kandidati li se jikkontestaw fuq it-13-il distrett f’isem il-Partit Nazzjonalista kif ukoll Kunsilliera Rabtin.

Bernard Grech iltaqa’ wkoll mad-dilettanti tal-Karnival li kellhom kliem pożittiv dwar il-prijorità li qed jagħti l-PN lill-kultura ta’ pajjiżna.
Nies oħrajn li tkellmu ma’ Bernard Grech tkellmu miegħu dwar kemm jixtiequ li l-festi jerġgħu jsiru kif konna mdorrijin bihom.
Il-Kap tal-PN kellu wkoll l-okkażjoni li jitkellem ma’ ġenituri ta’ tfal li jattendu attivitajiet extra-kurrikulari, fejn faħħru l-proposta li ressaq iktar kmieni din il-ġimgħa Bernard Grech li se jkun qed jinċentiva lill-ġenituri li t-tfal tagħhom jattendu dat-tip ta’ attivitajiet.
//= $special ?>