Elezzjoni 2022 Lokali

“Ma rajtx l-istess entużjażmu għal Robert Abela”

Muscat qed juża wkoll il-logo tiegħu f'din il-kampanja

Folla kbira llum tat merħba lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat meta mar il-Birgu biex jindirizza attività tal-Whip Laburista Glenn Bedingfield – attività li kienet għal kollox distakkata mill-kampanja uffiċjali tal-Labour. B’Muscat jintlaqa’ fil-Birgu fost l-għajat “Joseph, Joseph”.

Analisti politiċi rrimarkaw kif fl-ewwel ġimgħa tal-kampanja elettorali, ma rawx dan l-istess entużjażmu u folol ta’ nies għall-attivitajiet ta’ Robert Abela. Fuq l-istazzjon tar-radju 103, il-Professur Andrew Azzopardi stqarr “ma rajtx l-istess entużjażmu għall-Prim Ministru”.

Meta mistoqsi minn Net News jekk Abela stiednux biex jindirizza l-kampanja uffiċjali tal-Partit Laburista, Joseph Muscat tefa’ l-ballun f’saqajn il-Prim Ministru Abela.

Intant, minn filmati u ritratti li ħadna, jidher ċar li Joseph Muscat saħansitra qed juża logo uffiċjali biex jikkampanja għal rasu.

Ritratti: Joseph Galea