Futbol Sport

Milan u Inter jonqsu milli jiftħu vantaġġ f’ras il-klassifika

(Ritratt: EPA)

Milan u Inter naqsu milli jiftħu vantaġġ f’ras il-klassifika hekk kif iż-żewġ timijiet temmew f’riżultat ta’ draw. Milan kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Udinese, minkejja li fid-29 mintua kien huma li fetħu l-iskor, meta minn pass ta’ Sandro Tonali kien Rafael Leao li xeħet fix-xibka għal 1-0. Madanakollu fis-66 minuta Udinese kisbu l-gowl tad-draw meta x-xutt ta’ Robert Pereyra kien salvat, b’Iyenoma Udogie jitfa’ fix-xibka mill-viċin għal 1-1.

Min-naħa l-oħra Inter temmew fi draw ta’ 0-0 barra minn darhom għand Genoa. Danilo D’Ambrosio kellu l-aħjar ċans tal-partita meta mas-siegħa logħob meta d-daqqa ta’ ras tiegħu ħabtet mal-lasta, għal skor finali ta’ 0-0.

SERIE A

Ilbieraħ: Milan v Udinese 1-1, Genoa v Inter 0-0