Fl-aħħar sigħat komplew jirrankaw it-tħejjijiet fiż-Żurrieq għar-Rally li se jorganizza l-PN fiż-Żurrieq, fit-triq ta’ quddiem il-Knisja.
Ir-rally fiż-Żurrieq jibda fit-3.30pm, u l-attività se tkun qed tinkludi mużika u divertiment, bis-sehem ta’ numru ta’ kantanti lokali li se jagħtu l-wirjiet tagħhom qabel ma jsiru d-diskorsi politiċi.
Bernard Grech se jkun qed jindirizza dan ir-rally bħala parti mill-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista, bit-tema “Miegħek. Għal Malta.”


