Elezzjoni 2022

Robert Abela jaħrab minn dibattitu anke fuq l-istazzjon 103

Il-Professur Andrew Azzopardi, preżentatur fuq ir-radju 103, dalgħodu żvela kif il-Prim Ministru Robert Abela għadu ma aċċettax li jipparteċipa f’dibattitu mal-Kap tal-PN.

Dan ikompli jikkonferma kemm Abela baqa’ jaħrab li jaffaċja lil Bernard Grech f’dibattitu politiku, kif evita wkoll stediniet simili mit-Times u minn LovinMalta.

Waqt il-programm fuq 103 ipparteċipa fost l-oħrajn il-Perit Michael Falzon, illi irreaġixxa għal dak li qal Andrew Azzopardi. “Tirrifletti nuqqas ta’ fiduċja”, qal il-Perit Michael Falzon.

Falzon faħħar ukoll il-proposta tal-PN illi tkabbar il-parteċipazzjoni Parlamentari anke għall-partiti ż-żgħar.