Chris Cassar
St. Andrews …………………..3
Senglea ………………………. 2
St. Andrews: M. Montfort, J. Sixsmith, M. D’Alessandro, W. Camilleri, N. Bradshaw, A. Nilsson, K. Sano, Z. Muscat, A. Borg Olivier, M. Muscat, LA Borg
Senglea: J. Pisani, J. Kind, L. Bonett, M. Ablett, L. Grech, M. Zarb, A. Teonrio Viveros, L. Santos Ferreira, C. Sammut, N. Grech, M. De LucenaReferee: Stefan Pace
Referee: Stefan Pace
It-tamiet ta’ Senglea li jevitaw ir-relegazzjoni dan l-istaġun soffrew daqqa ta’ ħarta s-Sibt wara nofsinhar meta soffrew telfa oħra, il-ħames waħda konsekuttiva, din tal-aħħar tiġi kontra St. Andrews bl-iskor ta’ 3-2.
L-ewwel taqsima rat erba’ gowls f’temp ta’ 25 minuta. Kienu Senglea li fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti logħob. Kien Grech li dendel ballun fil-kaxxa fid-direzzjoni ta’ Matheus de Lucena, li qabbeż il-ballun minn fuq żewġ difensuri u kkonkluda fix-xibka. Minuta biss wara, St Andrews kisbu d-draw b’xutt fil-baxx ta’ Alexander Nilsson minn pożizzjoni ċentrali wara li rċieva mingħand Borg Olivier.
St. Andrews marru fil-vantaġġ għall-ewwel darba fit-22 minuta b’gowl mill-isbaħ maħdum minn Kei Sano, li wara pass mingħand Nilsson, ħarab tajjeb fuq ix-xellug u ħarat lid-difiża avverarja, qabel ikkonkluda fix-xibka. Dan il-vantaġġ dam biss erba’ minuti, għaliex it-tim tal-Kottonera reġgħu daħlu fil-partita fis-26 minuta, grazzi għal xutt b’saħħtu angolat minn tarf il-kaxxa ta’ Lucas Mancuso Lemos Santos Ferreira, li ħasad għal kollox lid-difiża ta’ St. Andrews.
Il-gowl li assigura r-rebħa għal St. Andrews wasal fit-48 minuta meta d-difiża ta’ Senglea rnexxiela ssalva temporanjament xutt ta’ Sano, iżda mir-rebound, il-ballun spiċċa f’saqajn Jamie Sixsmith li ttanta xortieh minn tarf il-kaxxa u rnexxielu jsib ir-rokna tax-xibka, bl-isforzi tal-gowlkiper Pisani li jwaqqaf il-ballun ma jkunux biżżejjed.
Naxxar ……………………….0
Melita ……………………… 2
Naxxar: O. Borg, R. Mercieca, A. Azzopardi, M. Gilberto Carrara, M. Mifsud, G. Poncet Otero, AS Azzopardi, RG Cassar, D. Fenech, DC Kassekar, LJ Schembri
Melita: R. Caruana, D. Cutajar, M. Debattista, M. Cachia, JP Attard, N. Cutajar, J. Galea, J. Abela, H. Konno, A. Messinna, CM Baker
Referee: Slobodan Petrovic
Wara r-rebħa kbira tagħhom ta’ 9-2 kontra Vittoriosa, Naxxar sofrew telfa mhux mistennija kontra Melita, li hekk rebħu tlieta mill-aħħar erba’ konfronti tagħhom. Din kienet it-tielet telfa li sofrew Naxxar fl-aħħar erba’ logħbiet tagħhom, biex tkompli l-fażi negattiva li għaddejjin minnha Naxxar bħalissa, biex b’hekk Żejtun jistgħu jkomplu jittamaw.
Melita fetħu l-iskor fis-26 minuta. L-azzjoni bdiet minn ġirja tajba ta’ Hiroya Konno, li qabeż tliet difensuri avversarji, qabel għadda ċentrali lejn Christopher Mario Baker, li ma kellu ebda diffikulta jixħet il-ballun ġewwa minn pożizzjoni ċentrali.
Fid-49 minuta, Melita rnexxielhom jirduppjaw il-vantaġġ tagħhom, meta Konno qassam lura lejn Matthew Debattista, li b’xutt mill-isbaħ u potenti minn tarf il-kaxxa sab ir-rokna tax-xibka.
Naxxar ippruvaw jidħlu fil-partita u kellhom ċans tajjeb li jiskurjaw fid-69 minuta, iżda x-xutt b’saħħtu tas-sostitut Bonnici ġie salvat tajjeb mill-gowlkiper. Melita kienu viċin li jiskurjaw it-tielet gowl fis-87 minuta meta Debattista qassam bir-ras lejn is-sostitut Falzon, iżda l-ballun ġie interċettat tajjeb ħafna mill-gowlkiper veteran Omar Borg qabel ma l-attakkant ta’ Melita seta’ jixħet ġewwa.
//= $special ?>