Il-Partit Nazzjonalista qed ikompli bil-kampanja elettorali tiegħu bit-tema ‘Miegħek. Għal Malta’.
Illum is-Sibt, il-PN organizza maratona ġbir ta’ fondi sabiex bl-għajnuna tal-Maltin u l-Għawdxin jissaħħaħ finanzjarjament hekk kif kull donazzjoni se tmur biex il-Partit ikompli jwassal il-messaġġ tiegħu u l-proposti tal-Manifest Elettorali tiegħu għall-10 snin li ġejjin.
Il-maratona qed tixxandar live fuq Net TV u Net FM kif ukoll fuq Facebook.
Sabiex wieħed ikun parti mill-bidla li għandu bżonn pajjiżna, jista’ jagħti donazzjoni billi jċempel fuq:
€10 – 51602003
€25 – 51802011
€50 – 51902050
Wieħed jista’ jagħti wkoll donazzjoni ta’ €6.99 permezz ta’ SMS fuq 50618928 jew billi jidħol fuq
www.pn.org.mt/donate




