Lokali

Robert Abela jindirizza Rally bin-narrattiva negattiva solita tiegħu

Ġimgħa wara li ħabbar elezzjoni ġenerali, Robert Abela iddeċieda li jiftaħ rally fin-Naxxar bin-negattiviżmu sfrenat minkejja li jgħid li jrid l-għaqda u l-pożittività.

Dan filwaqt li qal li se jkun qed jiftaħ niċeċ ġodda, iżda fl-istess nifs qal li kull ma se jkun qed jagħmel huwa li jsaħħaħ dawk li hemm.

Matul id-diskors tiegħu Abela issa biddel diskorsu rigward il-kriżi bejn l-Ukrajna u r-Russja hekk kif f’inqas minn 24 siegħa minn meta qal li din il-gwerra mhux se tkun qed tolqotna b’xi mod issa qed jisħaq li se taffettwa anke lil pajjiżna.

Filwaqt li qal li la darba jirbaħ din l-Elezzjoni Ġenerali tkun l-ewwel leġiżlatura tiegħu…jinjora għal kollox il-fatt li ilu sentejn fit-tmexxija tal-kurituri ta’ Kastilja huwa uża r-rilaxx tar-restrizzjonijiet mill-pandemija tal-Covid-19 bħala karrotta għal voti.

Huwa saħaq li għandu ħafna wegħdiet li se jippreżenta lill-poplu fil-jiem li ġejjin…iżda minkejja li issa ilu ġimgħa minn meta ħabbar id-data tal-Elezzjoni Ġenerali…dan il-manifest għadu fis-sħab.

Dan filwaqt li f’ammissjoni tiegħu stess matul it-tmexxija tiegħu se jkunu qed jitħallew xi faxex ta’ nies lura hekk kif saħaq li mhux se jkun qiegħed iwiegħed kollox lil kulħadd.