Lokali

Abela jżeffen il-partiġġjaniżmu anke fejn tidħol il-kriżi Russa

Abela taħt it-tinda f’Għawdex – Muscat jikkampanja għal rasu

Fis-sitt jum tal-kampanja elettorali, il-klima taħt it-tinda tal-Labour f’Għawdex ġiet deskritta minn bosta bħala surreali. Dan filwaqt li fuq ix-xaqliba l-oħra…Joseph Muscat baqa’ jikkampanja għal rasu biex jimbotta lill-kandidati tal-klikka tiegħu, f’attivita mhux ufficjali li saret is-Sibt filghaxija fil-Marsa.

F’Għawdex, Robert Abela kompla bin-narrattiva negattiva u partiġġjana li ilha ghaddejja mill-bidu tal-kampanja elettorali …fejn ankè meta kien mistoqsi dwar il-kriżi bejn ir-Russja u l-Ukrajna dehrlu li kellu jżeffen fin-nofs lill-Partit Nazzjonalista. Għalkemm ma qal xejn dwar il-pressjoni li qed issirlu mill-Ewropa biex il-Gvern tieghu jieqaf ibiegħ il-passaporti Maltin lir-Russi.

Abela injora wkoll il-fatt li ftit wara li saret protesta paċifika quddiem l-ambaxxata Russa f’Malta, l-Pulizija ġew ordnati jneħħu messaġġi li tpoġġew quddiemha.

Intant matul din l-attività Robert Abela ftaħar bis-sehem tal-Gvern immexxi minnu fil-qasam tal-wirt kulturali…iżda injora ghal kollox l-istorja tal-Ministru Laburista Anton Refalo  illi ddeċieda li jżommu għalih patrimonju storiku wara li nkixef minn The Shift News.

F’Ghawedex…Abela ammetta li spiċċa jqalleb fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista… …waqt li l-Labour għadu s’issa qed ikaxkar saqajh fuq il-manifest tiegħu.