Dillon Cassar u Roberta Schembri kisbu suċċess fil-Kampjonat Nazzjonali tal-5 kilometri organizzat minn Athletics Malta. Fl-avveniment rikonoxxut minn World Athletics ipparteċipaw iktar minn 100 atleta.
Dillon Casasr ta’ Mellieħa AC kompla fuq is-suċċess li kiseb ġimgħa ilu fil-Kampjonat tax-Xitwa meta fuq l-iestess distanza rebaħ it-tellieqa tal-5 kilometri b’ħin ta’ 15-il minuta u 5 sekondi. Luke Micallef ta’ Pembroke Athleta u Simon Spiteri ta’ St Patrick’s temmew fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.
Mill-kategorija tan-nisa Robert Schembri ta’ Evolve Endurance Club ħarġet rebbieħa b’ħin ta; 17-il minuta u 30 sekonda, b’Lisa Marie Bezzina u Rachel Lee Borg ta’ Pembroke itemmu fit-tieni u fit-tielet post.
//= $special ?>