Elezzjoni 2022 Lokali

“Għall-PN iż-żgħażagħ mhux biss il-futur imma wkoll il-preżent” – Jake Scerri Seychell

“Iż-żagħżagħ diġa qed jagħmlu d-differenza”, hekk stqarr il-Viċi President tal-MŻPN Jake Scerri Seychell waqt li kien qed jindirizza l-Mass Rally fiż-Żurrieq. Scerri Seychell qal li għall-Partit Nazzjonalista, iż-żgħażagħ mhux biss huma l-futur iżda huma wkoll il-preżent”.

Il-Viċi President tal-MŻPN qal li l-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista huwa programm li se jkun qed imiss il-ħajjiet ta’ kulħadd. Dan għaliex biex tfassal saret konsultazzjoni ma’ numru ta’ persuni li ġejjin minn setturi differenti.

Jake Scerri Seychell qal li ż-żgħażagħ jagħmlu d-differenza. Huma għamlu d-differenza meta ħarġu kontra l-bini tal-Yacht Marina f’Marsaskala biex issa din mhux se ssir . Fakkar kif kienu kontra l-bini tal-Università fiż-Żonqor u din ukoll mhux se tkun qed issir.

Scerri Seychell saħaq kif iż-żgħażagħ huma favur l-ambjent kif inhu ukoll il-Partit Nazzjonalista li qed iwiegħed li se jkun qed iżid il-postijiet ODZ biex b’hekk titjieb il-kwalità tal-ħajja ta’ kull individwu.

Il-Viċi President tal-MŻPN, tkellem dwar ix-xewqa ta’ kull żagħżugħ u żagħżugħa jkollhom il-propjetà tagħhom , u qal li din il-ħolma se tkun tista’ ssirilhom realtà bil-proposta tal-Partit Nazzjonalista li jekk ikun eletter fil-Gvern se jkun qed iħallas nofs l-interessi tal-loan tagħhom għall-ewwel ħames snin.

Scerri Seychell temm id-diskors tiegħu stqarr li ta’ kuljum aktar nies qed jingħaqdu ma’ Bernard Grech u mal-Partit Nazzjonalista hekk kif il-PN qed jinċentiva lil kull persuna ġejjin minn fejn ġejjin u appella lil aktar żgħażagħ biex anke huma jkunu parti minn din il-mixja li tista’ tbiddel għall-aħjar id-direzzjoni ta’ pajjiżna..