Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Il-Papa jikkundanna l-konflitt…mingħajr ma jirreferi għar-Russja

Il-Papa Franġisku, waqt l-indirizz tal-Ħadd, ikkundanna ‘il-loġika perversa u diabolika’ wara l-gwerra tal-Ukrajna — iżda mingħajr ma semma lir-Russja b’isimha.

Il-Kap tal-Kattoliċi, sadanittant, sejjaħ biex jinfetħu r-rotot ‘umanitarji’ bil-għan li r-refuġjati Ukreni li qed jaħarbu mill-invażjoni ‘traġika’ ta’ pajjiżhom isibu refuġju fil-pajjiżi tal-Punent.

Filwaqt li dawn huma l-aktar kummenti (pubbliċi) qawwija tal-Papa dwar il-gwerra hu baqa’ ma rreferiex speċifikament għar-Russja meta qed jipprova jirranġa r-relazzjonijiet mal-Knisja Ortodossa Russa.

Hu sostna, sadanittant, li ‘kulmin jaqbd gwerra jkun qed jinsa l-element uman, speċjalment ladarba konflitt bħal tal-Ukrajna jibbaża fuq il-loġika tal-armi li hi l-aktar ħaġa ‘il bogħod mir-rieda ta’ Alla’