Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Il-qawwiet nukleari ta’ Putin ‘fuq allert speċjali’

Il-President tar-Russja, Vladimir Putin, ordna biex il-militar Russu jqiegħed il-qawwiet nukleari ‘fuq stat ta’ allert speċjali’. Dan hu l-ogħla livell ta’ allert għall-qawwiet missilistiċi strateġiċi tal-Kremlin.

Meta indirizza lill-ogħla uffiċjali Russi — fosthom il-Ministru Russu għad-Difiża Sergei Shoigu — Putin qal li l-pajjiżi tal-Punent qed jirrikorru għal azzjonijiet ‘li juru li huma mhumix ħbieb ta’ Moska’, Il-President Russu, sadanittant, fisser is-sanzjonijiet imposti fuq pajjiżu bħala ‘illeġittimi’.

Putin — fil-bidu tal-invażjoni — kien diġà indika li jjista’ ikun lest biex juża l-armi nukleari ‘f’każ li s-sitwazzjoni (fl-Ukrajna u l-Ewropa) tirrikjedi’

Intant, l-Istati Uniti kienet l-ewwel pajjiż li kkundannat ‘l-eskalazzjoni tas-sitwazzjoni mir-Russja bħala ħaġa totalment inaċċettabbli’