Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Inkwiet li l-Belarus tissieħeb fuq in-naħa tar-Russja

L-eks Ministru tad-Difiża Ukren, Andriy Zagorodnyuk, esprima l-inkwiet li l-Belarus – alleat kbir tar-Russja – jista’ hu ‘sigħat biss ‘il bogħod’ milli jiddikjara gwerra fuq l-Ukrajna. 

Intant, Zagorodnyuk qal li l-Gvern Ukren jinsab attent għal kull theddida ġdida, fost informazzjoni li numru ta’ paratruppi mill-Belarus ‘kienu diġà fuq l-ajruplani’ lesti għad-direttiva biex jissieħbu fil-konflitt tal-Ukrajna fuq in-naħa tar-Russja.

L-eks Ministru Ukren qal li ‘dan hu żvilupp terribbli għaliex jinvolvi pajjiż – il-Belarus – li sa ftit żmien ilu kien ħabib kbir tal-Ukrajna’.

Hu minnu wkoll li l-Belarus u l-Ukrajna qatt ma daħlu fi gwerra ma’ xulxin fil-mijiet ta’ snin li ilhom jeżistu bħala pajjiżi sovrani.

Fil-fatt, it-Tmexxija fi Kiev hi konvinta li s-sehem tal-Belarus f’din il-gwerra għandha sseħħ fuq ‘domanda personali tal-President Russu Vladimir Putin’.

Dan ukoll meta l-politika tal-Belaraus – taħt it-tmexxija awtokratika tal-President Aleksandr Lukashenko — tiddependi kważi kompletament fuq id-dispożizzjoni tar-Russja.