L-Iżvezja — pajjiż b’reputazzjoni għan-newtralità — ħabbret li se tibgħat it-tagħmir militari u għajnuna oħra lill-Ukrajna biex dan il-pajjiż jirreżisti aħjar għall-invażjoni mill-qawwiet Russi.
Il-Prim Ministru tal-Iżvezja, Magdalena Andersson, ikkonfermat dan il-pass u qalet li din hi l-ewwel darba li l-Iżvezja qed tibgħat l-armi lil pajjiż li jinsab fl-eqqel ta’ konflitt miż-żmenijiet tal-invażjoni Sovjetika tal-Finlandja, fl-1939.
Il-kunsinni li qed jintbagħtu lill-Ukreni jinkludu anti-tank launchers, elmi u tagħmir ieħor. Dan waqt li Andersson insistiet li ‘l-aħjar mod kif il-Gvern Żvediż jista’ jiddefendi s-sigurtà ta’ pajjiżu hu b’li jgħin lill-Ukrajna biex tiddefendi lilha nnfisha kontra r-Russja.’
//= $special ?>

