L-Unjoni Ewropea għadha kemm ħadet diversi passi mingħajr preċedent bħala tweġiba għall-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet tar-Russja.
L-aktar pass sinifikanti jinvolvi t-trasferiment tal-armamenti mill-UE lill-Ukrajna, bl-Unjoni tiddeċiedi wkoll li tagħlaq l-ispazju tal-ajru għall-ajruplani tar-Russja.
Deċiżjoni importanti oħra tinvolvi l-projbizzjoni tal-entitajiet tal-media tar-Russja, fosthom in-network tat-televiżjoni RT, li hu kontrollat mill-Istat Russu minbarra li finanzjat mit-taxxi miġbura mill-Gvern tal-President Vladimir Putin.
Kien deċiż ukoll li l-Istati membri tal-Unjoni għandhom idaħħlu r-refuġjati mill-Ukrajna mingħajr ma jkollhom jgħaddu mis-soltu proċessar tal-applikazzjonijiet għall-kenn politiku
//= $special ?>