Internazzjonali

Il-kapitali Kiev tirreżisti, iżda Kharkiv taqa’ f’idejn ir-Russi

Fl-aħħar sigħat issokta l-avvanz tat-truppi Russi fl-Ukrajna hekk kif rapporti mill-Ukrajna qed jindikaw li l-belt ta’ Kharkiv waqgħet f’idejn is-suldati ta’ Vladimir Putin.

L-Ukreni minn naħa tagħhom qed jibqgħu jirreżistu, speċjalment fi Kiev. Fil-fatt, il-kapitali tal-pajjiż qed tkun għadma iebsa għall-armata Russa. Għalkemm il-Kremlin qed jgħid li inqabdu diġa’ 471 suldat Ukren.

Intant, fl-aħħar sigħat Putin bagħat delegazzjoni fil-kapitali tal-Belarus biex tinnegozja mal-President Ukren. Iżda Zelensky qed ikun ċar ħafna fi kliemu: “għażlu kullimkien, iżda mhux Minsk!”