Sport Sport Ieħor

Ir-Russu Sergey Soloveychik jirriżenja minn president tal-Unjoni Ewropea tal-Ġudo

(Ritratt: EPA)

Ir-Russu Sergey Soloveychik irriżenja minn president tal-Unjoni Ewropea tal-Ġudo wara laqgħa stradordinarja tal-eżekuttiv tal-istess organizzazzjoni. Postu ittieħed mill-Ġermaniż Otto Kneitinger, li kien elett b’maġġoranza assoluta tal-voti.

Fi stqarrija Soloveychik stqarr li bħalissa l-Ewropa qed taffaċja żmien diffiċli fejn qed jintilfu l-ħajjiet ta’ persuni innoċenti. Fl-isfond ta’ dan Sergey Soloveychik ħass li kellu jirriżenja biex iżomm l-għaqda fost din l-assoċjazzjoni, fejn qal li l-ispor tal-ġudo dejjem lagħab rwol importanti biex jissaħħu l-valuri u l-paċi bejn il-pajjiżi.

Intant, il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġudo neħħiet lil Vladimir Putin minn President Onorarju u Ambaxxatur tal-federazzjoni, fid-dawl tal-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna.