Futbol Sport

Is-South End Core b’appell lill-MFA biex ma tilqax it-tim Russu ta’ taħt il-21 sena

Fi stqarrija is-South End Core appellaw lil Malta Football Association sabiex ma tilqax it-tim Russu ta’ taħt il-21 sena li mistenni jilgħab kontra t-tim Malti fil-25 ta’ Marzu. South End Core qalet li fid-dawl tal-invażjoni brutali li r-Russja qed twettaq fuq il-pajjiż sovran u indipendenti tal-Ukrajna, il-partitarji jippretendu li jintbagħat messaġġ li l-futbol hu simbolu ta’ mħabba u rispett lejn xulxin u m’hemm l-ebda spazju għal gwerra.

Fl-isfond tal-invażjoni Russa, it-timijiet nazzjonali tal-Polonja, tar-Repubblika Ċeka kif ukoll l-Iżvezja qalu li m’humiex se jkunu qed jivvjaġġaw lejn ir-Russja. Intant, il-Federazzjoni Franċiża tal-Futbol qalet li r-Russja m’għandiex titħalla tikkompeti fit-Tazza tad-Dinja tal-Qatar f’Diċembru li ġej.