Elezzjoni 2022 Lokali

“It-80,000 indeċiżi u l-kampanja se jiddeterminaw ir-riżultat tal-elezzjoni” – Hermann Schiavone

Tliet surveys li analizzaw dawk li huma l-preferenzi poltiċi f’pajjiżna, pinġew żewġ xenarji kemmxejn different.

Dak tal-Maltatoday ipoġġi d-distakk bejn iż-żewġ partiti għal ftit inqas minn 23,000 favur il-Partit Laburista… filwaqt li dak ta’ Vincent Marmarà u dak tas-Sunday Times jagħtu distakk ta’ 41,000 u 44,000 rispettivament.

L-analista politiku Hermann Schiavone jara fattur komuni bejn dawn is-surveys. Hu qal li lkoll jaqblu li hemm faxxa ta’ 80,000 persuna li qed jgħidu jew li ma jridux jivvutaw, jew li ma jafux kif se jivvutaw.

Schiavone spjega kif issa se jkunu l-kampanji elettorali li se jħollu u jorbtu d-destin taż-żewġ partiti.

Herman Schiavone qal li s-surveys jikkonfermaw li f’din l-elezzjoni, il-Partit Nazzjonalista huwa l-underdogu li allura l-mod kif se jwassal il-messaġġ tiegħu fl-erba’ ġimgħat li ġejjin se jkun kruċjali għar-riżultat aħħari tal-elezzjoni.