Kuluri, żfin, mużika, karrijiet, maskri, kostumi, ikel, u divertiment .. dawn kollha huma marbutin mal-jiem tal-Karnival Malti… Karnival li sfortunatament għat-tieni sena konsekuttiva, kellu jsir f’forma ferm iktar ridotta minn kif imorddijin fih… minħabba l-pandemija li ħakmet lid-dinja …
Għaldarobħra, il-karnival qed is skont il-miżuri abbinati mal-Covid-19.
Minkejja r-restrizzjonijiet li laqtu l-attivitajiet tradizzjonali tal-Karnival bħaż-żfin li ta’ kull sena jsir fi Pjazza San Ġorġ, l-ispirtu ta’ din il-festa ta’ kulur u divertiment xorta waħda nżamm ħaj permezz ta’ installazzjonijiet artistiċi, eżebizzjoni ta’ ritratti karnivaleski kif ukoll eżibizzjonijiet ta’ kostumi li qed iżejnu it-toroq tal-Belt Valetta.
Il-Ħadd wara nofsinhar Net News żar it-toroq tal-Belt fejn tkellimna ma’ diversi artisti tal-karnival li spjegawlna t-temi tal-karrijiet ta’ din is-sena..
L-artisti għal sena oħra ħassew ferm in-nuqqas taċ-ċelebrazzjonijiet mingħajr restrizzjonijiet…kif kienu jsiru fis-snin tal-imgħoddi.
Ma naqsux it-tfal lebsin kostumi kkuluriti u varji…. bl-aktar kostumi popolari għas-subien ikunu l-karattri tas-superheros u għall-bniet il-prinċipessi. Intant .. issa mistenni li jittella’ programm ieħor tal-Karnival… bejn l-20, il-21 u t-22 ta’ Mejju 2022 bil-għan li l-poplu Malti jkun jista’ jgawdh aħjar… bit-tama li sa dakinhar, ikun hemm rilaxx totali tal-miżuri marbuta mal-Covid.
