Liverpool rebħu l-Carabao Cup wara l-għoti tal-penalties fuq Chelsea bl-iskor ta’ 11-10. Bil-partita tintemm fi draw ta’ mingħajr gowls anke wara l-ħin barrani, kien biss wara maratona ta’ penalties li Liverpool ħarġu rebbieħa. Kellu jkun il-goalkeeper ta’ Liverpool Caoimhin Kelleher li skorja l-penalty deċiżiv wara li Kep Arrizabalaga falla l-penalty tiegħu.
Qabel il-partita ngħaqdu f’messaġġ wieħed kontra l-attakki mir-Russja fuq l-Ukrajna.
