Futbol Sport

Mosta b’rebħa f’partita drammatika

Gżira U………………………3

Mosta…………………………4

Gżira U.: D. Zarkov, M. Cosic, L. Tabone, N. Muscat, S. Pisani, S. Pisani, Z. Scerri, T. Kolega, C. Gauci, N. Portelli, M. Maia, J. Mendoza (J. Mendoza 46′)

Mosta: C. Mafoumbi, R. da Silva (J. Vassallo 46′), R. Briffa, W. Donkin (M. Mifsud 90′), G. Acheampong (G. Scibberas 88′), C. Failla (S. Akinbule 46′), B. Diarra, T. Farrugia, L. Riascos, D. Antwi, Z. Brincat

Referee: A. Sciriha

Assistenti referees: J. Spiteri, V. Vasilev

Fl-aħħar partita li kellna fi tmiem il-ġimgħa, Mosta kisbu rebħa drammatika ta’ 4-3. Gżira fil-vantaġġ wara sitt minuti permezz ta’ Maxuell Maia. Clayton Failla ġab l-iskor indaqs permezz ta’ penalty fl-14-il minuta, filwaqt li Maia reġa għamel l-iskor 2-1 fl-24 minuta. Toni Kolega għamilhom 3-1 fl-34 minuta, b’Sunday Akinbula jagħmilhom 3-2 fit-52 minuta. Mosta ġabu l-iskor indaqs fil-65 minuta permezz ta’ Dennis Antwi filwaqt li Akinbula għamel l-iskor finali 4-3 favur Mosta.