Napoli rebħu fl-aħħar sekondi tal-partita kontra Lazio bl-iskor ta’ 2-1. Kien Lorenzo Insigne li rnexxielu jiftaħ l-iskor wara 62 minuta b’Lazio jġibu l-iskor indaqs fit-88 minuta permezz ta’ Pedro. Bil-partita, tidher li se tintemm fi draw kien Fabian Ruiz li skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa fl-94 minuta biex b’hekk aċċerta minn rebħa għal Napoli.
Roma kisbu rebħa fl-aħħar ħinijiet tal-partita biex għelbu lil Spezia 1-0. Spezia sfaw jilagħbu bi player anqas fil-45 minuta meta tkeċċa Kelvin Amian. Roma baqgħu jissieltu sat-tmiem u kien biss fid-99 minuta li Tammy Abraham skorja permezz ta’ penalty.
Cagliari kisbu rebħa importanti fil-ġlieda tagħhom biex isalvaw posthom fis-Serie A l-istaġun li ġej meta għelbu lil Torino 2-1. Raol Bellanova poġġa lil Cagliari fil-vantaġġ wara 21 minuta. Andrea Belotti ġab l-iskor indaqs fl-54 mintua iżda tmien minuti wara kien Alessandro Deiola li għamilhom 2-1 u aċċerta minn rebħa għal Cagliari.
Verona kisbu wkoll rebħa komda f’darhom kontra Venezia bl-iskor ta’ 3-1. Giovanni Simeone poġġa lil Verona fl-54 minuta, bl-istess player jirdoppa disa’ minuti wara. David Okereke naqqas l-iskor għal Venezia iżda reġa kien Simeone li skorja t-tielet gowl personali u t-tielet wieħed għal Verona.
//= $special ?>