SANTA LUCIA …………… 3
BIRKIRKARA ……………… 2
Santa Lucia: J. Haber, A. Prates, J. Pisani, N. Pulis, G. Conti, M.P. Silva, V. Plut, A. Valpoort ( J. Tanti 80’), F. Prestes, D. Xuereb, F. Soares
Birkirkara: A.Sylla, E.Pepe, L.Montebello, K.Zammit, R.Scicluna (J.Valletta 77′), C.Attard, B.Ngissah (Y.Yankam 59′), O.Carniello (P.Mbong 91′), L.Aguirre, K.Bevis (F.Dalcone 77′), J.Macedo
Referee: I.Barbara
Assistenti Referees: L.Portelli, P.Apap
Fl-Istadium Nazzjonali Santa Lucia ħasdu lil Birkirkara b’rebħa missielta ta’ 3-2, biex komplew fuq il-mixja pożittiva wara r-rebħa fuq Valletta fl-aħħar ħarġa tagħhom. Santa Lucia fetħu l-iskor fit-23 minuta meta minn corner ta’ Patrick Mota Silva kien Andre Prates li bir-ras xeħet fix-xibka għal 1-0.
Santa Lucia rdoppjaw fl-54 minuta meta Enrico Pepe waqqa’ lil Mota Silva fil-kaxxa bir-refeeree Ishmael Barbara jordna penalty. Mill-11-il metru Jurgen Pisani ma żbaljax għal 2-0. Huma għamluhom tlieta għaxar minuti wara meta bi free kick dirett kien Fonseca Soares li għeleb lil Amara Sylla għal 3-0.
Fil-75 minuta Birkirkara naqqsu l-iskor meta minn freekick ta’ Leandro Aguirre kien Oscar Carniello li bir-ras tefa’ fix-xibka. Fid-89 minuta Birkirkara skorjaw it-tieni gowl tagħhom permezz tas-sostitut Jed Valletta, liema gowl ma kienx biżejjed bil-partita tintemm 3-2.
//= $special ?>