Fil-Kampjonati Masters tal-Ewropa li qed isiru fi Braga fil-Portugall , suċċess ieħor għal Antonella Chouhal. Fil-kategorija ta’ ‘l fuq minn 45 sena, Chouhal kisbet il-midalja tal-fidda fil-weight throw. Hija tefgħet il-piż ta’ 9.08 kilo f’distanza ta’ 13.34 metri. Il-midalja tad-deheb intrebħet minn Andrea Jenkins tar-Renju Unit b’tefgħa ta’ 14.82 metri li huwa wkoll rekord nazzjonali għar-Renju Unit. Fit-tielet post Bettina Shardt tal-Ġermanja b’tefgħa ta’ 12.18 metri. Din kienet it-tieni midalja mirbuħa minn Antonella Chouhal f’dawn il-Kampjonati wara li rebħet il-midalja tal-bronż fil-ħammer throw b’tefgħa ta’ 35.92 metri.
//= $special ?>