Vitals Global Healthcare (VGH) ħadu aktar flus u għamlu użu minn fondi pubbliċi biex jużaw karozzi u appartamenti lussużi. The Malta Independent li l-VGH nefqu fondi mogħtija mill-Gvern fuq karozzi Mercedes kif ukoll appartamenti high-end f’lokalitajiet f’Tas-Sliema u Ta’ Xbiex, u li dawn kienu għall-użu minn sidien barranin tal-VGH u uffiċjali relatati.
L-ammont minfuq sa issa fuq dawn għadu mhux magħruf.
Lura fl-2016 il-VGH ingħataw konċessjoni biex imexxu tliet sptarijiet – l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karin Grech.
Il-ftehim tal-VGH huwa wieħed kontroversjali ħafna minħabba li l-kumpanija ma kellhiex storja fil-qasam mediku. VGH kienu kkritikata bil-kbir li ma żammewx mat-termini tal-konċessjoni u li ma nvestewx biżżejjed fl-isptarijiet.
Id-Deputat tal-PN Adrian Delia eventwalment fetaħ kawża fil-Qorti biex l-isptarijiet jingħataw lura lill-pubbliku. Il-każ għadu għaddej.
//= $special ?>