Lokali

Wara ġimgħa kampanja l-Labour għadu mingħajr manifest elettorali

Ġimgħa wara li Robert Abela ħabbar elezzjoni ġenerali, il-Partit tal-Labour għadu ma ħabbarx il-manifest elettorali tiegħu.

Kien id-Deputat Mexxej tal-Labour Daniel Micallef li fetaħ rally tal-Labour fin-Naxxar li ftaħar b’4 proposti li mħabbra minn Abela fl-aħħar jiem, iżda falla milli jgħid kif u meta se jkunu qed iħabbru l-manifest tagħhom. Dan filwaqt li ironikament saħaq li l-Partit Nazzjonalista ma kienx ippreparat meta fil-verita ppubblika l-programm elettorali tiegħu – kompost minn xejn inqas minn 550 proposta għal ġid tal-familji Maltin u Għawdxin.

Micallef, qalb narrattiva partiġġjana u negattiva li issa l-poplu mdorri għalih wara ġimgħa kampanja, b’mod mill-aktar ċar ta x’jifhem li dan il-manifest għadu mhux lest.

Ta’ min wieħed jinnota li waqt dan ir-rally, id-Deputat Mexxej l-ieħor, Chris Fearne ma ngħatax spazju sabiex jitkellem…għajr għal ċapċipa ta’ introduzzjoni.