Tilfu ħajjithom żewġ persuni oħra bil-Covid-19, raġel ta’ 76 sena u mara ta’ 86 sena. Dawn l-imwiet itellgħu l-ammont ta’ mwiet għal 604.
F’pajjiżna, fl-aħħar tmien t’ijiem tilfu ħajjithom disa’ persuni kaġun tal-virus.
Fl-aħħar 24 siegħa tħabbar ukoll li kien hemm 56 każ ġdid filwaqt li fiequ 65 persuna oħra biex b’hekk l-ammont tal-każi attivi hu dak ta’ 714.
Bħalissa, fl-Isptar Mater Dei hemm 35 pazjent filwaqt li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
//= $special ?>