Il-Mexxej Laburista Robert Abela beda t-tieni ġimgħa tal-kampanja tal-Labour għall-elezzjoni tas-26 ta’ Marzu b’aktar wegħdiet ikkopjati mill-proposti li l-Partit Nazzjonalista ppreżenta fil-Programm Elettorali tiegħu … inkella miżjudin ta’ kafkaf.
F’konferenza tal-aħbarijiet – biż-żewġ Deputati Mexxejja u l-President tal-Partit bilqegħda kwieti u mitfugha mal-ġenb – Abela baqa’ ma qalx meta l-Labour se jkun qed jippubblika l-Manifest Elettorali u allura, qed jara kif jagħmel biex ikompli jipprova jikkopja l-mod kif il-Partit Nazzjonalista, immexxi minn Bernard Grech, lest itejjeb il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.
Waħda mill-proposti li l-Labour ikkopja mill-Partit Nazzjonalista – għalkemm nofs leħja – hi ż-żieda fiċ-Children’s Allowance. Madankollu, filwaqt li l-Labour irid iżid din l-għajnuna b’90 ewro, il-Partit Nazzjonalista diġà kkometta ruħu li Gvern ġdid immexxi minn Bernard Grech iżidhom bejn 150 u 1,500 ewro għal kull wild, skont l-isfidi li dawn ikunu qed jiffaċċjaw.
Nofs leħja wkoll il-mod kif il-Labour ta’ Abela qed jgħid li jrid iżid servizzi tal-IVF, fid-dawl tal-wegħda li għamel biex il-mediċini kollha għal dan il-proċess jibdew jingħataw b’xejn. Madankollu, hu pprova jnessi l-fatt li l-Partit Nazzjonalista ilu x-xhur jipproponi li l-proċess kollu tal-IVF ikun b’xejn għall-koppji kollha.
Abela u l-Partit tiegħu kkopjaw ukoll l-idea ta’ Garanzija għat-Tfal … bil-Partit Nazzjonalista jipproponi li Gvern ġdid immexxi minn Bernard Grech jara li jkun miġġieled il-faqar fost it-tfal, anke permezz tal-iskema tal-Unjoni Ewropea.
Ikkopjata wkoll l-idea li koppji jingħataw kreditu ta’ taxxa jekk ikollhom lil uliedhom f’attivitajiet extrakurrikulari, kif ukoll li jkun hemm estensjoni fis-servizzi taċ-childcare b’xejn … bil-Labour jgħid li dan is-servizz għandu jkun estiż ukoll għal koppji li ma jaħdmux. Din il-parti tal-wegħda Laburista ħolqot reazzjoni fuq il-media soċjali.
Il-verita hi…li tmint ijiem minn meta bdiet il-kampanja elettorali, Robert Abela qed jagħżel li jibqa’ jaħrab milli jippreżenta proposti validi b’risq il-Maltn u l-Għawdxin … għall-kuntrarju tal-Partit Nazzjonalista, immexxi minn Bernard Grech, li ta’ kuljum qed ikompli jispjega proposti li bihom jara li ħadd ma jibqa’ lura.
Il-proposti tal-Partit Nazzjonalista:
//= $special ?>