Lokali

Evakwata binja wara li lab inħakmet minn nar fl-Università

Dalgħodu, persuni li kienu f’binja fl-Università ta’ Malta ġew evakwati wara li lab nħakmet minn nar.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni filwaqt li tal-Protezzjoni Ċivili bdew b’ħidma biex ikun ikkontrollat in-nar fil-Biomedical Sciences Building.

Jidher li l-ebda persuna ma sofriet minn xi feriti.

Mhux magħruf x’wassal biex beda dan in-nar.