Il-goalkeeper ta’ 44 sena Gianlugi Buffon ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Parma sal-2024, fejn se jkun qed jilgħab mal-club fl-eta’ ta’ 46 sena. Buffon iffirma kuntratt ta’ sentejn ma’ Parma fil-bidu ta’ dan l-istaġun u qed jilgħab fis-27 staġun fil-karriera tiegħu. Buffon rebaħ 10 darbiet l-Iscudetto u lagħab 657 partita fis-Serie A. Il-president ta’ Parma Kyle Krause qal li huwa ta’ unur għalihom li l-goalkeeper leġġendarju ġedded b’sentejn oħra l-kuntratt mal-club.
//= $special ?>