Elezzjoni 2022 Lokali

Gvern ġdid Nazzjonalista jnaqqas ir-rata ta’ taxxa fuq il-qligħ tan-negozji għal 15% fuq l-ewwel €500,000 profitt

.

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ippreżenta numru ta’ proposti konkreti oħra li jmorru lil hinn mill-benefiċċji soċjali u jħarsu lill-persuni mill-aspetti kollha tagħha sabiex verament jissaħħu l-benesseri soċjali li jgħin lil kulħadd jgħix b’dinjità u bi dħul adekwat.

Għalhekk Gvern Nazzjonalista:

  1. Idaħħal mekkaniżmu ġdid ta’ kif jitkejjel il-ġid f’pajjiżna li ma’ jkunx biss iddeterminat mill-indikaturi ekonomiċi bħal Prodott Gross Domestiku (GDP) iżda jkun kompost minn firxa ta’ indikaturi li jkejjlu l-benesseri tas-soċjeta u tal-komunitajiet tagħna.
  2. Inaqqas ir-rata tat-taxxa fuq il-qligħ tan-negozji, konformi mal-ESG, għal 15% fuq l-ewwel €500,000 profitt li jinżammu fin-negozju. Dan biex jinċentiva aktar investiment fl-intrapriżi tagħna.
  3. Biex ngħinu lil min jispiċċa bla xogħol, l-ewwel tnax-il xahar ta’ wara li l-persuna tiġi qiegħda ser tirċievi benefiċċju ekwivalenti għall-paga minima biex ngħinuhom jitħarrġu u jsibu impjieg li jrendi. Hekk nerġgħu nagħtu lura d-dinjità, ma’ nħallux kultura ta’ qagħad tiżviluppa, filwaqt li ninċentivaw aktar taħriġ u speċjalizzazzjoni.
  4. Inniedu wkoll skema ta’ appoġġ għall-ħaddiema u s-self-employed li jkollhom jieqfu mix-xogħol għal perjodu relattivament twil minħabba mard serju. Dan il-programm ikun jinkludi benefiċċju finanzjarju, kreditu tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali lill-ħaddiema u lil min iħaddem, u appoġġ personalizzat ta’ terapija.
  5. Se nagħmlu eżerċizzju li kull sena l-gvern iżid 50,000 metru kwardu ta’ art pubblika (li hi art tal-Gvern) maż-żoni meqjusin barra miż-żona ta’ żvilupp.
  6. Sabiex art li hija barra miż-żona ta’ żvilupp tiddaħħal fiż-żoni tal-iżvilupp ikun jinħtieġ il-vot ta’ żewġ terżi tal-Parlament.
  7. Nibdew nindirizzaw il-konġestjoni u nnaqqsu l-vetturi li jaħdmu bil-fjuwil mit-toroq u nappoġġaw il-mobbiltà moderna u nadifa billi: Nagħtu għotja ta’ €10,000 mifruxa fuq 5 snin biex inħajru aktar familji jeħilsu mill-vettura qadima tagħhom, bil-kundizzjoni li ma jerġgħux jiksbu vettura oħra tul il-perjodu.
  8. Għalhekk Gvern Nazzjonalista jagħti rifużjoni tal-VAT sa €3,000 fis-sena lis-sidien tad-djar, għal kull post, fuq ix-xogħlijiet kollha li jindirizzaw materjalment in-newtralità klimatika u jnaqqsu l-konsum tal-enerġija b’mod ippruvat. Il-massimu tar-rifużjoni tiżdied għal €6,000 fil-każ tal-familji li jinkludu pensjonant(a) jew persuna b’diżabbiltà.