It-Tnejn filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ippreżenta sett ta’ proposti oħra li permezz tagħhom il-Partit Nazzjonalista qed juri li qed jibbaża l-politka tiegħu mhux fuq il-flus biss iżda fuq kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd.
Il-PN qed jippreżenta viżjoni konkreta kif se jitnaqqas il-faqar u mhux se jħalli l-għoli tal-ħajja tħalli impatt devastanti fuq l-għoli tal-ħajja.
Gvern Nazzjonalsita jdaħħal mekkaniżmu ġdid ta’ kif jitkejjel il-ġid f’pajjiżna. Ikun hemm sistema ta’ tassazzjoni li tkun ġusta. Il-mudell ta’ tassazzjoni jrid ikompli jiġi modernizza, filwaqt li l-piżijiet tat-taxxi jinżamm baxx kemm jista’ jkun.

Gvern Nazzjonalista, biex jinċentinva iktar investiment, se jnaqqas ir-rata tat-taxxa fuq in-neogizji li jkunu komfermi mal-ESG – 15% fuq l-ewwel 500,000 profitt.
Bernard Grech qal li l-PN jemmen li b’allenaza sħiħa biss mal-popu li jista’ jsir dan kollu. Saħaq li għalhekk rridu nħarsu l-benesseri soċjali sabiex kulħadd ikun jista’ jgħix b’mod dinjituż.
Proposti oħra huma li l-ewwel 12-il xahar wara li persuna tkun bla xogħol, tirċievi benefiċċju ekwivalenti għall-paga minima. Bernard Grech qal li se titnieda skema ta’ appoġġ għall-ħadiema u s-self employed li jkollhom jieqfu mix-xogħol minħabba mard serju.
Il-Kap tal-PN qal li Gvern ġdid Nazzjonalista se jipproteġi l-ispazji miftuħa, se jixpruna bidla radikali fil-politika amjbentali ta’ pajjiżna.
Gvern ġdid Nazzjonalista se jagħti għotja ta’ 10,000 ewro mifruxa fuq 10 snin biex aktar familji jkunu mħajra jeħilsu mill-vettura qadima tagħhom.
Proposta oħra hi li kull sena Gvern ġdid Nazzjonalista jżid 50,000 kwadru ta’ art pubblika maz-zoni meqjusa barra miz-zona ta’ żvilupp. Biex art li hija barra miz-zona ta’ żvilupp tiddaħħal fiz-zoni tal-iżvilupp, ikun jeħtieġ il-vot ta’ żewġ terzi tal-Parlament.
Huwa qal li l-bidla kbira tibda minn tibdiliet żgħar għalhekk pajjiżna jeħtieġ Gvern li jwettaq politika li tiżgura li l-bidla li jagħmel kulħadd ma tkunx saret għalxejn.
//= $special ?>