Fl-isfond tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna, il-FIFA imponiet diversi miżuri kontra r-Russja. It-tim nazzjonali tar-Russja mhux se jkun jista’ jilgħab l-ebda partita f’darhu filwaqt li dawn iridu jikkompetu taħt l-isem ‘Football Union of Russia’ (RFU).
L-innu nazzjonali u bnadar relatati mar-Russja m’humiex se jkunu permessibli f’avvenimenti organizzati mill-FIFA. Minkejja dan il-FIFA naqset milli tipprojbixxi lir-Russja mit-Tazza tad-Dinja tal-Qatar, għalkemm ma teskludix li jistgħu jidħlu fis-seħħ aktar miżuri jekk ikompli jeskala l-kunflitt.
Intant il-president tal-FA tal-Polonja, Cezary Kulesza, stqarr li d-deċiżjoni tal-FIFA hija inaċċettabbli fl-isfond tal-atroċitajiet li qed isiru fl-Ukrajna. Dan wara li l-Polonja, l-Iżvezja u r-Repubblika Ċeka fi stqarrija qalu li m’humiex se jkunu qed jilagħbu kontra r-Russja jekk it-timijiet nazzjonali tagħhom jitilgħu kontrihom fil-playoffs tat-Tazza tad-Dinja.
//= $special ?>