Il-FIFA mistennija tissospendi lit-tim nazzjonali Russu milli jieħu sehem fil-playoffs tat-Tazza tad-Dinja tal-Qatar. Dan wara l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali ressaq rakkomandazzjonijiet kontra l-parteċipazzjoni ta’ atleti u timijiet Russi kif ukoll Belarussi, f’avvenimenti sportivi. It-tim Russu kellu jilgħab fil-playoffs tat-Tazza tad-Dinja tal-Qatar, bl-Iżvezja, ir-Repubblika Ċeka kif ukoll il-Polonja, jagħmluha ċara li m’humiex se jilgħabu kontra r-Russja.
//= $special ?>