L-assoċjazzjoni dinjija tal-għawm, il-FINA ħassret il-World Junior Championships li kellhom isiru fil-belt ta’ Kazan, fir-Russja lejn tmiem Awwissu.
Il-FINA waslet għal din id-deċiżjoni wara konsultazzjoni mal-atleti u mal-partijiet interessati sabiex jitħassru dawn il-kampjonati, fid-dawl tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna.
L-istess assoċjazzjoni qalet li se tkun qed tipprovdi l-appoġġ lil persuni fil-komuita’ sportiva tal-għawm li huma milquta minn din il-gwerra.
Intant il-federazzjoni tal-għawm fl-Awstralja laqgħet din id-deċiżjoni filwaqt li ħeġġet lil FINA beix torganizza l-avveniment f’pajjiż ieħor, sabiex l-għawwiema jkollhom l-opportunita’ li jtellqu f’post sigur.
//= $special ?>