Il-qawwiet u ċ-ċittadini tal-Ukrajna għadhom qed jirreżistu bil-qawwi lill-Armata tar-Russja, bis-suldati tal-President Russu Vladimir Putin ftit qegħdin jagħmlu progress fl-invażjoni tal-artijiet Ukreni.
Waqt li l-invażjoni daħlet fil-ħames jum, il-qawwiet ta’ Putin kienu sfurzati li jżommu l-pożizzjonijiet fil-periferiji tal-kapitali Kiev u fejn sabuha diffiċli ħafna biex javvanzaw aktar ‘il ġewwa lejn iċ-ċentru tal-kapitali Kiev.
Fl-istess ħin, Moska qed tkun kostretta li tammetti għal telf ta’ ħajja fost il-militar tagħha fl-Ukrajna, anki jekk mhix qed toħroġ iċ-ċifri uffiċjali.
L-aħħar data mis-servizzi sigrieti tal-Punent indikat li l-parti kbira tal-qawwiet ta’ Putin għadhom xi 30 kilometru ‘il bogħod minn Kiev fid-direzzjoni tat-Tramuntana. Is-sitwazzjoni kienet dovuta għall-qlubija tar-reżistenza Ukrena, bil-militar Russu qed ibati wkoll minn problemi kbar ta’ loġistika.
//= $special ?>