L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ltaqgħet b’urġenza biex tiddiskuti l-kriżi tal-Ukrajna — u meta d-diplomati, f’nofs il-ġimgħa, mistennija jivvutaw dwar abbozz ta’ riżoluzzjoni li tinsab fuq l-aġenda tat-taħditiet. Din hi biss il-ħdax il-sessjoni speċjali ta’ emerġenza għall-Assemblea mill-ewwel laqgħa ta’ dan it-tip fl-1956, bin-natura tas-sessjoni tenfasizza l-inkwiet globali dwar dak li qed iseħħ fl-artijiet Ukreni.
Diskorsi ewlenin fl-assemblea qed isiru mis-Segretarju Ġenerali tan-NU, Antonio Guterres, u l-President tal-Assemblea Ġenerali Abdulla Shahid,. Dan waqt li, fil-jiem li jmiss, mistennija aktar diskorsi mill-membri (li jammontaw għal ‘il fuq minn 100) u fejn it-tema prinċipali titratta l-‘inizjattivi li jagħtu ċans għall-paċi’.
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU laqqa’ din is-sessjoni wara li ma setax jieħu azzjoni, nhar il-Ġimgħa, meta r-Russja eżerċitat il-veto għal abbozz ta’ riżoluzzjoni mressaq mill-Istati Uniti. L-abbozz kien jinkludi messaġġ ta’ kundanna u stmerrija għall-aggressjoni ta’ Moska fil-konfront tal-Ukrajna fost l-insistenza biex it-truppi Russi jitilqu lura pajjiżhom immedjatament.
//= $special ?>