Ir-Renju Unit wissa li r-Russja kapaċi tibbumbardja l-ibliet Ukreni b’mod jerġa’ aktar indiskriminattiv aktar ma tiżdied il-frustrazzjoni ta’ Moska dwar in-nuqqas ta’ progress tal-invażjoni.
Sadanittant, l-ibliet madwar l-Ukrajna jinsabu fuq stat ta’ allert assolut anki waqt li l-militar Ukren fi Kiev qed ikompli jitfa’ lura lis-suldati Russi.
Il-qawwiet ta’ Moska qed ikomplu bl-assedju ddisprat fuq iz-zoni lejn il-periferiji tal-kapitali Ukrena fejn qed jiltaqgħu mar-reżistenza kontinwa u feroċi. Fil-fatt, il-filmati tal-aħħar sigħat urew diversi karrijiet armati tar-Russi maħruqin f’waħda mir-rotot lejn iz-zoni urbani ta’ Kiev.
L-aħħar bumbardamenti tar-Russi konċentraw anki fuq l-ibliet Ukreni prinċipali ta’ Kharkiv u Chernihiv u li wkoll għadhom ikkontrollati mill-Gvern tal-Ukrajna. Sadanittant, il-qawwiet Russi rreġistraw suċċess fl-artijiet Ukreni tan-nofsinar fejn irnexxielhom jaħtfu l-belt tal-port ta’ Berdyansk. Il-ġliedqed ikompli wkoll fil-belt tal-port importanti ta’ Mariupol, max-xatt tal-Baħar ta’ Azov viċin il-Krimea.
//= $special ?>