“Il-Partit Nazzjonalista qed jaħdem biex iħares u jipproteġi l-ambjent”.
Dan kien il-messaġġ li wasslet il-kandidata tal-Partit Nazzjonalista Janice Chetcuti meta tkellmet dwar ix-xogħol li qed jagħmel il-grupp ‘PN Greens’ fejn mhux biss qed jaħdem biexi kollna ambjent aħjar iżda wkoll qed iħares lejn setturi oħra fosthom is-saħħa u l-isports. Dawn is-setturi f’daqqa se jwasslu għal ambjent aħjar.
Chetcuti qalet kif il-PN irnexxielu jwaqqaf il-proġett tal-‘Yacht Marina’ f’Marsaskala kif ukoll il-proġett tal-Università Amerikana fl-art taż-Żonqor minkejja li jinsab fl-Oppożizzjoni. Hi faħħret il-ħidma li wettqu d-deputati kollha tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll il-ħidma li qed jagħmel il-Kap Bernard Grech fejn qed jagħti importanza lejn il-‘well-being’ tal-individwu billi jassigura li jkollna ambjent aħjar.
Janice Chetcuti temmet id-diskors tagħha billi qalet li Bernard Grech qed jibbaża l-politika tiegħu fuq l-individwu u b’hekk se jkun qed jassigura li jkollna ġejjieni aħjar.
//= $special ?>