Elezzjoni 2022 Lokali

F’BIRKIRKARA: Attività tal-Labour teħodna lura għat-tmeninijiet

Jerġgħu jitfaċċaw is-'suldati tal-azzar' u l-imkatar il-ħomor

L-attività tal-Labour tal-lejla f’Birkirkara kienet donnha xena mit-tmeninijiet. Dan hekk kif reġa’ beda jitlissen kliem bħal “suldati tal-azzar” u kliem negattiv li kien sinonimu mal-era tal-passat. Fost l-oħrajn, spikka d-diskors isteriku tad-deputat Anthony Agius Decelis.

U filwaqt li l-Labour infexx mill-ġdid f’dawn l-attakki u fl-isteriżmu, sa issa għadu lanqas biss preżenta l-Manifest Elettorali tiegħu.

Tant il-wegħdiet tal-Labour għadhom fl-arja, li l-kelliema kellhom jużaw in-noti miktuba miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista sabiex ma jinsewx il-punti li ġew ordnati jsemmu.

Id-diskorsi tal-kelliema tal-kandidati tal-Partit Laburista li saru llejla kienu diskorsi aggressivi, u li jieħduk lura għall-Malta Labour Party tal-80s.

Apparti dan kollu, fl-attivitajiet tal-Labour tal-ewwel ġimgħa tal-kampanja elettorali, reġgħu tfaċċaw ukoll l-imkatar bl-emblema l-antika tal-MLP.

Jerġgħu jitfaċċaw l-imkatar l-antiki tal-Malta Labour Party