Lokali

IMPORTANTI: Tikkunsmax dan il-prodott

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed javża biex il-pubbliku ma jikkunsmax l-Instant Noodles bl-isem ta’ Shin Kimchi tad-ditta Nongshim u li għandu piż ta’ 120g. Dan għaliex wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott fih livelli ta’ 2-Chloroethanol (pestiċida).

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.