Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali issuġerixxa li r-Russja u l-Belarus m’għandhomx jitħallew jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet internazzjonali. Huma resqu diversi rakkomandazzjonijiet fosthom biex organizzaturi ta’ avvenimenti sportivi ma jħallux lill-atleti jipparteċipaw taħt l-isem tar-Russja jew tal-Belarus, fl-isfond tal-appoġġ li l-Belarus qed tagħti lir-Russja fl-invażjoni tal-Ukrajna.
Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qalu wkoll li l-ebda bnadar, simboli jew kuluri relatati ma’ dawn iż-żewġ nazzjonijiet, m’għandhom ikunu preżenti f’avvenimenti sportivi.
//= $special ?>