Lokali

“Issa nafu li Robert Abela jinnegozja mal-allegati kriminali” – Bernard Grech

Wara li t-Times illum ikkonfermat li Robert Abela għamel negozju ma’ persuna li għandha lista sħiħa ta’ akkużi kriminali kontrih u li dan id-deal għandu x-xamma qawwija ta’ manuvri dubjużi u suspettużi ferm, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li issa iktar minn qatt qabel qed nikkonermaw dak li ilna nissusspettaw, u ċioè li Robert Abela għandu rabtiet u deals ma’ persuni kriminali.

Dan qal Bernard Grech iqajjem suspetti serji dwar abbużi li Abela seta’ wettaq waqt il-qadi ta’ dmirijietu anke waqt il-konsulenzi li kien qed jagħti lill-Awtorità tal-Ippjanar fl-istess żmien meta daħal f’dan id-deal.

Bernard Grech qal li dan kollu huwa inkwetanti ferm.

Huwa kien qed iwieġeb dwar dettalji li ħargu fuq negozju li l-Prim Ministru Robert Abela għamel ma’ Christian Borg, li llum jinsab akkużat b’lista sħiħa ta’ reati kriminali, fost l-oħrajn ħtif ta’ persuna u theddid ta’ stupru.

Bernard Grech qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet aktar kmieni llum